Thursday, October 3, 2024

30 veterinarju rċevew il-warrant biex jipprattikaw il-professjoni veterinarja f’pajjiżna

Aqra wkoll

F’ċerimonja, 30 veterinarju rċevew il-warrant sabiex ikunu jistgħu jaħdmu f’dan il-qasam f’pajjiżna. Waqt iċ-ċerimonja ġiet rikonoxxuta l-kontribuzzjoni essenzjali tal-veterinarji għas-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, u l-benesseri tagħhom.

L-avveniment onora wkoll d-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji li jagħmlu dawn il-ħaddiema, li ħafna minnhom għamlu studji rigorużi kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, u oħrajn li għażlu li joffru s-servizzi tagħhom f’Malta, ’il bogħod minn pajjiżhom.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo enfasizza l-irwol kruċjali li għandhom il-veterinarji fosthom ix-xogħol bla heda tagħhom biex iżommu s-saħħa tal-annimali u jsaħħu l-benesseri tagħhom. Il-ministru rrikonoxxa wkoll l-isfidi u l-impenn tal-professjoni veterinarja, u esprima gratitudni għall-impenn kontinwu tagħhom għas-saħħa u l-benesseri tal-annimali u tas-soċjetà.

“Din iċ-ċerimonja hija xhieda tal-apprezzament li għandu pajjiżna lejn il-komunità veterinarja tiegħu, hekk kif dawn il-professjonisti ġodda b’warrant se jkomplu jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-annimali tagħna,” temm jgħid il-ministru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport