Friday, November 15, 2024

30 xahar ħabs ta’ seba’ serqiet f’xahar mill-Fgura u Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena ntbagħat 30 xahar ħabs wara li fil-Qorti ammetta li wettaq seba’ serqiet minn karozzi u vannijiet fil-Fgura u f’Raħal Ġdid. Nicholas Catania ġie akkużat li wettaq dan is-serq f’Diċembru tal-2019.

L-Ispetturi li ressqu lil Catania, Sarah Zerafa u Hubert Cini, qalu li s-serqiet li saru mill-Fgura seħħew fi jal il-Kottoner, Triq Ħaż-Żabbar, Triq Cospicua u minn Triq Sant’Antnin. Dan filwaqt li minn Raħal Ġdid is-serqa kienet saret minn Triq Għajn Dwieli.

Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, l-Ispetturi qalu li r-raġel kien seraq b’madwar €2,010 fi flus kontanti. Apparti dan hu seraq ukoll żewġ basktijiet biċ-ċwievet u tnejn oħrajn bi ħwejjeġ. Catania ġie akkużat ukoll li seraq tliet mobiles, tablet, karta tal-Identità u liċenzja tas-sewqan. Hu seraq ukoll driller li kien ħa minn fuq bankina.

L-imputat instab ħati wkoll li fil-bidu tas-sena 2020 seraq appart elettroniku u i bir-reati li nstab ħati tagħhom kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Hekk kif ġie biex jagħti s-sentenza, il-Maġistrat Ian Farrugia rrakkomanda lid-direttur tal-ħabs biex jgħin lill-imputat jegħleb il-vizzju tad-droga.

Ekonomija

Sport