Fl-għodwa tal-Ħadd, f’Għawdex, ittellgħet l-10 edizzjoni tal-OASI Cup Run & Fun Walk. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena sehem mat-300 parteċipant, ta’ kull età, u dan jirrifletti tassew l-għan ta’ din l-attività li tħeġġeġ lin-nies jgħixu ħajja aktar b’saħħitha u attiva.
L-organizzaturi rringrazzjaw lill-isponsors kif ukoll lil dawk kollha li taw id-donazzjonijiet tagħhom u anke l-ħafna voluntiera li permezz tal-ħidma tagħhom, din l-attività setgħet tkun waħda ta’ suċċess. Irringrazzjaw ukoll lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, li kien ukoll preżenti għal din l-attività.