F’Malta hawn 30,060 vettura reġistrati mal-Awtorità għat-Trasport ta’ Malta li jsejħu lil persuni ta’ nazzjonalità barranija iżda li jgħixu u għandhom residenza Maltija. Iddikjara dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Aaron Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi li staqsa dwar kemm hawn barranin f’pajjiżna li għandhom vettura privata.
Azzopardi staqsa wkoll lill-Ministru konċernat kemm hawn vetturi li sa Ottubru 2022 kienu qed jintużaw bħala Cab. Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, Farrugia qal li sal-perjodu msemmi kien hawn 3,447 vettura fil-Kategorija M1, liċenzjati biex jintużaw għall-ġarr tal-passiġġieri.