Wednesday, October 1, 2025

31 persuna għandha l-Panic Button għal kontra l-vjolenza domestika

Aqra wkoll

Sal-lum hemm 31 persuna f’Malta u Għawdex li għandhom il-Panic Button. Din tingħata lill-persuni li jkunu għamlu rapport dwar vjolenza domestika u jkun hemm riskju għoli. Permezz tal-Panic Button il-vittma tkun tista’ tagħmel kuntratt mal-Pulizija f’każ ta’ riskju.

Kien il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri li ħabbar dan fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat tal-Oppożizzjoni Graziella Attard Previ.

Il-Ministru Camilleri fil-Parlament qal li l-Panic Button bdiet bdiet titqassam f’Awwissu li għadda sal-24 ta’ Settembru ntużat 21 darba u spjega kif persuna tiġi infurmata li tista’ tingħata l-Panic Button jekk l-assessjar tar-riskju li tkun fih jimmarka li r-riskju jkun għoli.

Dan l-appart jikkonsisti f’buttuna li meta l-vittma jagħfasa tibgħat messaġġ dirett lill-Control Room tal-Pulizija mingħajr ma tagħmel ħoss biex b’hekk l-agressur ma jindunax. L-unika ħaġa hi li tivvibra biex tgħid lill-vittma li s-sejħa saret.

Il-Panic Button tista’ tittieħed lura f’każijiet fejn il-vittma twaqqaf il-każ u taħfer lill-aggressur, il-każ jiġi konkluż fil-Qorti u l-aggressur jintbagħa l-ħabs jew l-apparat jintuża ħafna drab bi traskuraġni jew mhux skont il-linji gwida.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport