Bejn Jannar ta’ din is-sena u s-7 ta’ Settembru kien hemm 314-il raġel li ressqu ‘l quddiem fejn għamlu rapport ta’ vjolenza domestika.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
Il-Ministru Camilleri qal ukoll li matul is-sena li għaddiet kien hemm 530 raġel li rrapporta vjolenza domestika fuqhom.