Monday, November 25, 2024

“Fi tmiem il-ġimgħa se jitħabbru miżuri ġodda” – Charmaine Gauci

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iżolament

Waqt l-aħħar aġġornamenti tagħha b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, il-Professur tas-Saħħa Pubblika saħqet dwar l-importanza ta’ isolament ta’ persuni li jirriżultaw pożittivi.

Gauci ħabbret li importanti li meta l-awtoritajiet jikkuntattjaw persuna li huwa pożittiv, dan għandu jintefa’ f’iżolament b’mod immedjat. Din il-persuna għadha jkollha kamra tas-sodda għaliha u anke kamra tal-banju fejn hu possibbli. Importanti li din il-persuna ma tikolx flimkien mal-bqija tal-membri tal-familja u idealment li l-ikel jiġi mgħoddi lill-persuna fil-kamra tagħha stess.

Postijiet tax-xogħol

Dwar il-postijiet tax-xogħol, Gauci sostniet dwar il-possibbilità ta’ persuni li jaħdmu mid-dar għaliex din tgħin biex ikollok anqas kuntatt fuq il-postijiet tax-xogħol. Qalet li din il-ġimgħa kellna 40 każ ġdid relatati ma’ postijiet tax-xogħol. Qalet li r-riskju huwa għoli u għalhekk jeħtieġ li jittieħdu prekawzjonijiet bħalma huma desks separati u l-ilbies tal-maskri.

Kuntatt

Rigward tlaqqigħ soċjali Gauci qalet li din il-ġimgħa kien hemm 14-il każ relatati. Kien hemm każi relatati ma’ bars, bi 11-il każ relatat ma’ dawn il-postijiet. Kien hemm diversi każi relatati ma’ sports u minħabba li dan jinkludi kuntatt, hemm il-possibbilità li dan ikollu jitħassar minħabba għadd ta’ persuni fi kwarantina.

Każi attivi

In-numru ta’ każi attivi qabeż l-1,000 persuna u dan qed jiżdied minħabba numru ta’ każi pożittivi rreġistrati kuljum. Minn dawn il-każi hemm 18 li huma f’Għawdex.

L-aktar każi rreġistrati fl-aħħar jiem kienu bejn il-25 sena u t-34 sena. Gauci qalet li qegħdin naraw li l-maġġoranza tal-każi f’relazzjoni mal-ġimgħat ta’ qabel naraw li l-maġġoranza tal-każi kienu fl-istess etajiet.

L-imwiet

Gauci qalet li fil-ġimgħa tal-21 ta’ Settembru kien hemm żieda fl-imwiet bi 11 reġistrati, iżda issa rajna anqas imwiet b’erbat imwiet. 

Il-mortalità fil-każijiet ta’ mwiet li kellna s’issa, l-akbar età li kienet qiegħda tiġi affetwata kienet dik bejn 85 sena u 94 sena.

L-ajruport

Tkellmet dwar l-ittestjar fl-ajruport u minn ittestjar li sar din il-ġimgħa minn 155 test kien hemm tmienja li rriżultaw pożittivi.

Fost il-postijiet li minnhom ġew dawn il-persuni hemm każ minn Spanja, erbgħa minn Franza u każ mir-Reppublika Ċeka.

S’issa minn 1,138 test li saru fl-ajruport kien hemm 32 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi.

Miżuri ġodda

L-awtoritajiet qed jistħarrġu dwar il-miżuri li jeħtieġ li jittieħdu u proprju fi tmiem il-ġimgħa se jkunu qed jitħabbru dawn il-miżuri l-ġodda.

Sport