Saturday, November 23, 2024

326 persuna bl-HIV fl-aħħar ħames snin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn Jannar 2015 sa April 2020 kien hawn 326 persuna f’Malta li kellha l-HIV, il-virus li jista’ jwassal għall-AIDS.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ta dan it-tagħrif fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.

L-istess deputata staqsiet ukoll dwar mediċini ġodda għal dawn il-pazjenti b’Fearne iweġibha li għas-sejħa pubblika li ħarġet fi Frar li għadda kien hemm erba’ kumpaniji li tefgħu offerta biex jipprovdu mediċini ġodda.

Il-Ministru tas-Saħħa żied li dawn il-mediċini l-ġodda se jiddaħħlu fil-formularju li dejjem jiġi aġġornat bl-aħħar żviluppi.

Sport