Tuesday, March 10, 2026

33 persuna jindarbu fi splużjoni f’nightclub fil-Perù

Aqra wkoll

Splużjoni ta’ bomba f’nightclub fil-Perù darbet 33 persuna, inklużi żgħażagħ taħt it-18-il sena. L-isplużjoni seħħet fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu fin-nightclub Dalí fil-provinċja ta’ Trujillo fit-tramuntana tal-Perù. 

Trujillo huwa reġjun li dan l-aħħar kien mifni bil-vjolenza u l-kriminalità. Ma kienx immedjatament magħruf la min kien responsabbli għal dan l-att vjolenti u lanqas il-motiv wara l-isplużżjoni.

Mill-inqas ħamsa mill-persuni midruba kienu f’kundizzjoni serja, skont id-direttur eżekuttiv tan-Netwerk tas-Saħħa ta’ Trujillo.

Uħud mill-vittmi sofrew amputazzjonijiet u feriti minn shrapnel tant li kellhom jiġu operati b’urġenza għall-feriti gravi li sofrew. Ingħad li fost il-midrubin kien hemm żgħażagħ ta’ 16 u 17-il sena. 

L-isplużjoni seħħet inqas minn xahar wara splużjoni oħra fl-istess belt li għamlet ħsara lil 25 dar iżda ma kkawżat l-ebda korriment jew imwiet.

L-estorsjoni u t-tħaffir illegali jolqtu r-reġjun ta’ La Libertad, li l-parti Andina tiegħu hija l-bażi tal-akbar żona li tipproduċi d-deheb fil-Perù. Fl-2025, ir-reġjun esperjenza 286 splużjoni, li 136 minnhom seħħew fil-belt ta’ Trujillo, skont ċifri uffiċjali.

L-espansjoni ta’ gruppi kriminali organizzati wasslet għal żieda fir-reati relatati bħall-estorsjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport