L-istħarriġ li sar mill-Uffiċċju ta’ Dr Joseph Muscat u Sagalytics tratta diversi punti fosthom il-kwarantina obbligatorja għal każi pożittivi.
Minn dan l-istħarriġ joħroġ li 31.7 fil-mija jemmnu li għandha tibqa’ kif inhi, 33.1 fil-mija jemmnu li l-kwarantina għandha titnaqqas għal dawk li ħadu l-booster u 35.1 fil-mija jemmnu li l-kwarantina għandha titnaqqas għal kulħadd.
Dan juri li l-popolazzjoni Maltija għad m’għandhiex consensus ċar fuq kif għandhom jiġu trattati każi pożittivi fil-futur. Minkejja li f’pajjiżna għandu rata għolja ta’ tilqim li ttieħed kontra l-Covid-19, ma jidhirx li dawk li wieġbu l-istħarriġ huma favur li jkun hemm diskriminazzjoni favur dawk li ħadu it-tlett dożi.