Sunday, January 18, 2026

35 persuna arrestati fil-Marsa wara li kienu Malta bla permess

Aqra wkoll

35 persuna ġew miżmuma mill-Pulizija wara ħidma li saret fil-Marsa. Il-persuni ġew arrestati wara rondi spontanji li saru f’postijiet differenti magħrufa għal tlajjar għal skopijet ta’ xogħol illegali, kif ukoll minn spezzjonijiet fuq it-trasport pubbliku.

Il-Pulizija sabet nies bla permess ta’ residenza Maltija f’ċirkostanzi li juru li kienu qegħdin filpajjiż għal skopijiet ta’ xogħol bi ksur tal-Att dwar l-Immigrazzjoni.

Dawn l-ispezzjonijiet komplew fuq il-ħidma li saret matul l-2025, ħidma li mistennija tintensifika fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.

Jassistu lill-Pulizija kien hemm uffiċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport