Sunday, November 24, 2024

35 Sirjan u raġel mill-Gambja arrestati sakemm jiġu ritornati pajjiżhom

Aqra wkoll

Ħidma konġunta bejn il-Pulizija u l-Uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, li segwiet jiem ta’ stħarriġ, wasslet biex is-Sibt filgħodu 36 persuna nġabru għaliex kienu qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari. Dawn huma 35 raġel ta’ nazzjonalità Sirjana u persuna mill-Gambja.

L-ispezzjonijiet kienu ffokati fil-Ħamrun, Santa Venera u l-Imsida u huma parti minn sensiela ta’ spezzjonijiet bil-għan li jkun assigurat li persuni li qed jgħixu f’pajjiżna għandhom id-dokumenti validi u l-permessi meħtieġa.

Dawn il-persuni issa qed jinżammu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni u se jibqgħu jinżammu f’dan iċ-ċentru sakemm ikunu ritornati lejn il-pajjiż li ġew minnu.

Il-Korp tal-Pulizija se jibqa’ għaddej bi spezzjonijiet kontinwi fil-qalba tal-komunitajiet.

Sport