Malone Debono ta’ 37 sena ġie kkundannat 35 xahar ħabs wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li kien seraq żewġ karozzi, flus minn żewġt iħwienet u li anke prova jisraq ħanut u ħebb għall-pulizija.
L-imputat kien mixli bi 17-il akkużat li jmorru lura anke għal April tal-2021. Fil-fatt hu kien akkużat li f’April tal-2022 kien seraq flus mill-Marsa filwaqt li kien akkużat ukoll li f’Marzu tal-istess sena kien seraq karozza mill-Ħamrun.
Hu kien mixli wkoll fost l-oħrajn li rreżista lill-pulizija u anke li għamel ħsara fuq karozza tal-korp tal-Pulizija.
L-imputat wieġeb ħati wkoll li kien seraq cash register minn ħanut fil-Ħamrun, għamel ħsara fil-ħanut u daħal fih bla permezz. Akkuża oħra li ammetta kienet li f’April, 2021, seraq karozza mill-Marsa.
Hu kien akkużat ukoll li wettaq dawn ir-reati waqt li kien taħt provation u anke kellu sentenza ta’ 15-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.
Fuq l-ammissjoni tiegħu, il-Qorti, sabitu ħati u bagħtitu 35 xahar ħabs u mmultatu €4,000. Il-Qorti rabtitu b’garanzija ta’ €2,000 biex ma jdejjaqx u ma jimmolestax lill-parti ċivili.



