Monday, November 11, 2024

36 player jikkompetu fil-Kumpless Sportiv Kirkop għall-kategorija Singles

Aqra wkoll

Minn din is-sena il-Kampjonat Individwali tal-Badminton għandu lil Assikura Insurance Brokers PCC Limited bħala sponsor ewlieni wara ftehim li sar mal-istess kumpanija.

Meqjusa bħala waħda mill-iktar kompetizzjonijiet importanti, kemm fl-għola livell kif ukoll għall-iżvilupp li tagħti lill-plejers iżgħar, l-Individual League tkopri tliet kompetizzjonijiet – Singles, Doubles u Mixed. Il-plejers jiġu mqassma f’diviżjonijiet differenti skont il-livell tagħhom u jilagħbu League f’format ta’ round robin.

Fl-edizzjoni tas-Singles ta’ din is-sena li intlagħab fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ipparteċipaw 36 atleta li ġew mqassma f’sitt diviżjonijiet. Matthew Galea rebaħ l-ewwel diviżjoni b’għaxar punti segwit minn Emerson Brundyn b’sitta.

Dan kien it-tieni avveniment f’din is-serje tal-Assikura Individual League hekk kif xahar ilu saret il-kategorija tal-Mixed Doubles fejn Matthew Galea flimkien ma’ Elenia Haber rebħu l-ewwel diviżjoni, bl-avveniment tad-Doubles isir ix-xahar id-dieħel.

Andrew Grech, Direttur Maniġerjali ta Assikura Brokers PCC Limited, ippreżenta il-medalji lill-atleti li spiċċaw fl-ewwel u t-tieni post f’kull waħda mis-sitt diviżjonijiet tal-Assikura Singles Individual League li spiċċa il-Ħadd li għadda.

“Aħna kburin li qed nkomplu nsostnu l-isport Malti anke permezz ta’ dan il-ftehim ma’ Badminton Malta biex ikomplu jkabbru dawn il-kompetizzjonijiet. Bħala kumpanija nemmnu ħafna fil-benefiċċji u fil-valuri li joffri l-isport u kif dan jista jkun ta’ impatt pożittiv ħafna fuq is-soċjeta.”, saħaq is-sur Grech.

“Id-dedikazzjoni tal-komunita’ Maltija tal-Badminton kif ukoll ix-xogħol ta’ Badminton Malta kien ta’ motivazzjoni għad-deċiżjoni tagħna biex nagħtu is-sostenn tagħna. Dan il-ftehim jikkonsolida l-impenn tagħna għall-isport Malti hekk kif Assikura huma wkoll sostenituri tal-Malta FA fil-kompetizzjonijiet tan-nisa, kif ukoll fit-tlielaq taż-żwiemel u table football.”

Owen Grech, President ta’ Badminton Malta qal li Badminton Malta hija kommessa li tkompli tkabbar il-logħba tal-badminton fil-gżejjer Maltin. Huwa tenna li grazzi għal din il-kollaborazzjoni ma’ Assikura Insurance Brokers, tista’ tkompli tingħata iktar opportunita’ lil plejers f’diversi livelli biex dawn jiksbu iktar esperjenza li imbgħad se tgħinhom fil-karrieri sportivi tagħhom, anke f’livell interazzjonali.

ASSIKURA INDIVIDUAL SINGLES LEAGUE (powered by Victor)

Division One: Rebbieħ – Matthew Galea; Runner-up – Emerson Brundyn.

Division Two: Rebbieħ –  Andy Zhang; Runner-up – Gobinath Silva.

Division Three: Rebbieħ – Juan Casaru; Runner-up – Monique Monika Vella.

Division Four: Rebbieħa – Julia Camilleri; Runner-up – Emily Mallia.

Division Five: Rebbieħa – Elena Victoria Muscat; Runner-up – Thea Pace.

Division Six: Rebbieħa – Namisha Nia Javeed; Runner-up – Kaylee Cilia.

Sport