Sunday, November 24, 2024

3,617-il ħaddiem irreġistrati bħala food couriers

Aqra wkoll

F’pajjiżna bħalissa hawn 3,617-il ħaddiem li huma rreġistrati mal-Jobsplus bħala food couriers. Dan ħabbru fil-Parlament il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista David Agius.

Il-Ministru Camilleri qal li skont statistika hemm 3 tipi differenti ta’ reġistrazzjoni ta’ food couriers u dawn joħorġu skont il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08).

It-tliet impjiegi skont il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi li ġew meqjusa għal din ir-risposta huma:
Sewwieqa tal-mutur; sewwieqa tal-karozza, vann jew mutur; Messaġġiera, dawk li jqassmu l-pakketti u dawk li jaħdmu fil-portinerija u jġorru l-bagalji.

Il-Ministru qal li sal-aħħar ta’ Jannar ta’ din is-sena kien hemm 569 huma Maltin, 221 ġejjin minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea, u 2,827 ġejjin minn pajjiżi terzi.

Sport