Monday, December 23, 2024

375 każ ġdid ta’ Covid; 63 persuna l-Isptar

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa feġġew 375 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 127 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 2,969.

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 626 wara li fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 87 sena u ieħor ta’ 93 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 63 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, b’persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħataw 1,253,673 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 348,922 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport