Skont l-istatiska li ġiet ippubblikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fil-15 ta’ Novembru 2025, fis-sena 2024, 3,798 persuna rraportaw li kienu qegħdin jesperjenzaw forma ta’ vjolenza domestika.
Meta din l-istatistika tiġi kkumparata mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel, jidher li kien hemm żieda ta’ 5.7%. Minn dawn in-nies li rraportaw abbuż, 76% kienu nisa. Matul din is-sena 535 persuna għamlet użu tas-servizzi ta’għajnuna għall-perpetraturi, u 93.6% ta’ dawn kienu rġiel.
F’Malta, 24% tan-nisa kellhom esperjenza ta’ abbuż fiżiku jew sesswali f’ħajjithom. Din ir-rata hija 7% taħt l-EU-27, li għandha medja ta’ 31%. 64% ta’ nisa kellhom problemi fis-saħħa tagħhom minħabba vjolenza ta’ deversi modi.
Madwar 17% tan-nisa li esperjenzaw dawn it-tipi ta’ vjolenza f’idejn xi ħadd ieħor ma qalu lill-ħadd f’dawn l-aħħar 12-il xahar.



