Mill-inqas 38 persuna mietu wara li ajruplan tal-passiġġieri ikkraxxja fil-Kazakhstan f’Jum il-Milied. B’xorti tajba 29 mill-passiġġieri salvaw, għalkemm ittieħdu l-Isptar minħabba ġġrieħi li ġarrbu. L-ajruplan telaq mill-Ajruport nazzjonali tal-Ażerbajġan lejn il-belt ta’ Grozny fir-Russja.
Wara dan l-inċident fatali, l-Ażerbajġan illum qed tosserva jum ta’ luttu nazzjonali. Il-President tal-pajjiż, Ilham Aliyev, li kien qed jivvjaġġa wkoll lejn ir-Russja, irritorna bla mmistenni lura lejn l-Ażerbajġan, wara li ġie nfurmat b’dan l-inċident fatali.
F’post fuq il-midja soċjali, huwa ta l- kondoljanzi tiegħu lill-familji ta’ dawk li tilfu ħajjithom fl-inċident u awgura fejqan ta’ malajr lil dawk midruba.
Il-President Russu Vladimir Putin esprima f’messaġġ li bagħat lil Aliyev esprima s-sogħba tiegħu u bagħat il-kondoljanzi lil dawk il-familjari li tilfu ħajjithom
Il-ħaddiema tas-salvataġġ dehru jfittxu qalb it-tifrik u d-dħaħen kbar, minn fejn rnexxielhom jsalvaw tlett itfal, li imbagħad ttieħdu l-Isptar għall-kura tal-ġrieħi li setggħu ġarrbu.
L-ajruplan, ftit qabel kkraxxja deher inaqqas mill-veloċità tiegħu, bil-parti ta’ quddiem tispiċċa biex taħbat mal-art u sussegwentement sar ħuġġieġa nar.
It-titjira ta’ jum il-Milied minn Baku lejn il-belt ta’ Gronzy fin-Nofsinhar tar-Russja dehret inaqqas il-veloċitàmumenti qabel ma ġġarraf f’ħuġġieġa nar fl-art fil-Punent tal-Każakstan.