Minn fost 2,048 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa, kien hemm 38 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.
Intant kien hemm 52 persuna li fiequ mill-virus u b’hekk il-każi attivi niżlu għal 666 każ.
Mill-investigazzjoni li saret b’rabta ma’ dawn l-aħħar każi ġodda kien hemm disa’ każi relatati ma’ membri tal-familja ta’ każi preċedenti, ħamsa li kellhom kuntatt dirett ma’ każi konfermati, tmienja li kienu kollegi ta’ persuni infettati, żewġ każi impurtati u sitta li rriżultaw pożittivi minn contact tracing li baqa’ jsir b’rabta ma’ attivitajiet oħra li saru.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/196393858745832