Kurt Zammit intbagħat 38 xahar ħabs wara li ammetta l-akkużi dwar serq u li kiser ordni tal-Qorti.
Huwa kien mixli li f’Awwissu li għadda seraq minn appartament f’San Ġiljan u li għamel ħsara fl-istess appartament.
Qabel ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, qieset il-koperazzjoni tar-raġel mal-Pulizija, l-ammissjoni tiegħu fi stadju bikri tal-proċeduri u l-problema tad-droga li għandu.
Huwa ngħata 21 xahar ħabs għall-akkużi ta’ serq u 17-il xahar ieħor minħabba li wettaq reat waqt li kien taħt ordni ta’ probation. Huwa tpoġġa taħt ordni ta’ trattament għal ħames snin.