Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, id-Dwana kkonfiskati 389,900 sigarett tal-kuntrabandu li jammontaw għal €11,359. It-taxxi li ma tħallsux fuqhom kienu jammontaw għal €65,430 f’dazju tas-sisa u €6,276 f’dazju fuq l-importazzjoni.
Fir-rigward tat-tabakk, ġew ikkonfiskati 20 kilogramma ta’ din is-sustanza, li jammontaw għal €467 li kieku nbiegħu fis-suq.
Matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena, ġew ikkonfiskati wkoll 78 kilo tabakk li ma jitpejjipx u 53,259 stikek tat-tabakk. Iż-żewġ prodotti tat-tabakk huma illegali f’Malta skont l-Avviż Legali 67.