Sunday, December 22, 2024

4.5 miljun jirkbu tal-linja f’Jannar 2023 … żieda ta’ 59% meta mqabbel mal-2022

Aqra wkoll

Fl-ewwel xahar ta’ din is-sena kien hemm 4.5 miljun persuna li għamlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku. Dan juri li kien hemm żieda ta’ 59% meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena li għaddiet. Dan huwa t-tieni xahar konsekuttiv fejn in-numru ta’ passiġġieri qabeż dawk ta’ qabel il-pandemija.

Il-Maniġer ta’ Malta Public Transport Konrad Pulè qal li dan kollu juri biċ-ċar li l-pubbliku qiegħed juża t-transport pubbliku. Żied jgħid li l-pass li jmiss huwa l- bżonn li jitnaqqas il-ħin tal-vjaġġi biex permezz t’hekk il-pubbliku jkun moqdi.

Qal ukoll li se tkompli d-diskussjoni sabiex ikun hemm titjib fin-network tar-rotot ma’ stakeholders differenti sabiex it-transport pubbliku ikun wieħed attraenti. Huwa rringrazzja lil passiġġieri kollha li taw kontribut sabiex l-ambjent ikun wieħed nadif.

Il-Malta Public Transport estendiet il-gratitudni tagħha lill-impjegati kollha tagħha, peress li dan is-suċċess ma kienx ikun possibbli mingħajr id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom. Il-kumpanija temmet tgħid li se tkompli tinvesti fin-nies tagħha, biex tħeġġeġ lil kulħadd fil-kumpanija biex jipprovdi l-aħjar servizz ta’ trasport pubbliku possibbli.

L-inizjattiva tat-trasport pubbliku b’xejn ġiet imnedija f’Ottubru tas-sena l-oħra. Din kellha impatt sostanzjali, hekk kif f’Jannar 2022 kien hemm 91,000 passiġġier u f’Jannar tal-2019 kien hemm 120,000 passiġġier.

Ekonomija

Sport