Ix-xahar li għadda għal darb’oħra ra 4.5 miljun passiġġier jivvjaġġaw bil-karozza tal-linja, bin-numru medju ta’ passiġġieri kuljum jitla’ għal 159,000 passiġġier meta mqabbel mal-146,000 reġistrati f’Jannar 2023, li jindika żieda ta’ 9% fix-xahar.
Aktar minn 2.9 miljun passiġġier użaw it-Tallinja Card tagħhom fi Frar 2023, li hija żieda ta’ 56% meta mqabbla ma’ Frar 2022 u 27.5% meta mqabbla mal-istess xahar fl-2019.
F’termini ta’ utenti uniċi, Frar 2023 irreġistra 145,000 klijent tat-Tallinja Card. Meta mqabbel mal-2022, dan ifisser żieda ta’ 46.2% u 19.4% għall-istess perjodu fl-2019. Meta mqabbla maċ-ċifri ta’ Jannar 2023, hemm żieda ta’ 3.6% minkejja li hemm tlett ijiem inqas fi Frar.
Ir-reġistrazzjonijiet għat-Tallinja Card raw ukoll żieda qawwija matul Frar 2023 u rreġistraw żieda sinifikanti ta’ 103% meta mqabbla ma’ Frar 2019.