Saturday, December 21, 2024

4 persuni l-Isptar wara ħabta ‘head on’ fix-Xlendi

Aqra wkoll

4 persuni fosthom minuri kellhom jiddaħlu l-Isptar wara inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija fix-Xlendi Għawdex.

Kien għall-ħabta tal-11.15pm meta l-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat ġew informati li fi Triq San Xmun fix-Xlendi (limiti tal-Munxar) kien għadu kemm seħħ inċident f’ħabta ‘head on’.

Kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li l-inċident seħħ bejn karozza Seat Ibiza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 34 sena, residenti Ħal Tarxiex li dan ma sofra l-ebda ġrieħi.

Miegħu kellu mara ta’ 32 sena residenti Birżebbuġa u tifla ta’ 9 snin li ttieħdu l-isptar, iżda ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief. Magħhom ukoll kien hem anzjan ta’ 66 sena li wkoll kellu jiddaħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Il-karozza l-oħra li kienet tal-għamla Hyundai Getz kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena, li kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, iżda l-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha pendenti.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li filwaqt li taw l-ewwel għajnuna lill-persuni nvoluti, ħaduhom l-isptar għal aktar kura.

Il-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport