Tuesday, January 27, 2026

4 Taljani arrestati dwar qabda ta’ 13-il kilo kokaina

Il-pulizija taqbdilhom b’€150,000 fi ħwejjeġ u ġojjelli u €386,000 fi flus kontanti

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata tal-bieraħ, il-Pulizija wettqet b’suċċess operazzjoni mmirata lejn netwerks kriminali barranin li kienu qed joperaw f’Malta, li matulha ġew arrestati erbat irġiel u mara b’rabta mat-traffikar tad-droga, il-ħasil tal-flus u l-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali.

Il-persuni kollha huma ta’ nazzjonalità Taljana u għandhom bejn is-27 u l-35 sena.

L-operazzjoni bdiet bi tfittxijiet fl-istess ħin f’diversi residenzi fl-Imsida, Tas-Sliema u Swieqi. Waqt dawn it-tfittxijiet instabu u ġew issekwestrati madwar 13-il kilo sustanzi allegatament kokaina, raża tal-kannabis u ħaxixa tal-kannabis, b’valur fis-suq ta’ madwar €250,000. Ġew issekwestrati wkoll ħwejjeġ u ġojjellerija b’valur fis-suq ta’ madwar €150,000, kif ukoll €386,715 fi flus kontanti.

Waqt din l-operazzjoni ġew issekwestrati wkoll żewġ vetturi u arma tan-nar, li iktar tard ġie kkonfermat li kienet irrappurtata bħala misruqa.

Fuq il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport