Sunday, December 21, 2025

40 impjieg kull jum mill-2013’l hawn

Aqra wkoll

Skont l-NSO f’Lulju n-numru ta’ nies jaħdmu full-time tela’ għal kważi 300,000. Dan ifisser li minn Marzu 2013’l hawn kien hemm żieda ta’ madwar 143,000 impjieg full-time. Dan minbarra li mill-2013’l hawn kien hawn żieda ta’ madwar 39,000 impjieg part-time. 

Mill-bidla fil-Gvern kull jum żdiedu 40-il impjieg għal total ta’ aktar minn 182,000. Din hija erbgħa darbiet ir-rata ta’ kreazzjoni ta’ xogħol osservata qabel l-2013. 

Kemm ilu Prim Ministru Dr Robert Abela, żdiedu kważi 69,500 impjieg full-time u 24,000 xogħol part-time.

F’Lulju n-numru ta’ impjiegi full-time żdied bi kważi 12,000 fuq sena qabel. 2 biss minn kull 10 impjiegi ġodda kienu mas-settur pubbliku. 

Kien hemm żieda ta’ madwar 9,400 impjieg mas-settur privat. Kważi 900 kienu mal-ħwienet, 900 mat-trasport, 700 mal-lukandi u ristoranti, 400 mal-manifattura, 400 mas-servizzi finanzjarji, 800 mas-servizzi professjonali, 2,200 mas-servizzi amministrativi, 800 mal-informatika u mar-remote gaming 300 oħra. Kien hemm tkabbir ta’ madwar 1,100 mas-servizzi tas-saħħa u edukazzjoni privati. 

B’kollox kien hemm żieda ta’ 900 self-employed.

Ix-xogħol part-time żdied b’madwar 6,200 fuq sena qabel.

F’Għawdex kien hemm żieda ta’ 939 impjieg full-time u ta’ 525 impjieg part-time.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport