L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li llum instabu 40 każ ġdid, filwaqt li fiequ 18-il persuna oħra.
Filwaqt li naqas l-ammont ta’ każi ġodda ta’ COVID-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin ikomplu jieħdu l-miżuri adegwati u jżidu fl-ammont ta’ swab tests li jagħmlu biex jaqbdu dawk il-każi ġodda li hemm fil-komunità. Il-każi tal-lum għadhom qegħdin jiġu investigati.
Dwar il-każi tal-bieraħ, l-awtoritajiet qalu li ħamsa minnhom kienu membri mill-familja ta’ każi preċedenti, sitt każi kienu kuntatt diretti ma’ każi magħrufin, disa’ każi kienu kollegi tax-xogħol ta’ każi pożittivi, tliet każi kienu mill-cluster ta’ Paceville u żewġ każi li ġew importati.