Saturday, December 28, 2024

40 persuna mejta f’attakk fi skola fl-Uganda

Aqra wkoll

40 persuna nqatlu minn ribelli marbuta mal-grupp tal-Istat Iżlamiku fi skola fil-punent tal-Uganda.

Tmien persuni oħra għadhom f’qagħda kritika wara l-attakk fuq l-iskola sekondarja ta’ Lhubiriha f’Mpondwe.

Il-Pulizija qalet li l-attakk tal-Ġimgħa sar mill-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF) – grupp ibbażat fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC).

Il-Pulizija żiedet li s-suldati qed isegwu lill-grupp li huwa maħsub li ħarab lejn il-park Nazzjonali ta’ Virunga fir-RDK.

Waqt l-attakk li seħħ billejl dormitorju fl-iskola spiċċa maħruq u nsterqu xi affarijiet minn ħanut tal-ikel. Mhux qed ikun eskluż li l-aggressuri saħansitra splodew splussiv fir-reġjun.

Barra minn hekk hemm il-biża’ li għadd ta’ studenti setgħu spiċċaw maħtufin fl-istess attakk.

Ekonomija

Sport