Kien bħal lum 40 sena ilu meta seħħet it-traġedja fl-istadium ta’ Heysel fi Brussell il-Belġju. Dik it-traġedja titqies bħala ġurnata sewda għall-futbol Ewropew, fejn fil-finali bejn Liverpool u Juventus, li kellha tiddeċiedi min se jkun iċ-Champion Ewropew spiċċat ħalliet 39 persuna bla ħajja.
Sa minn qabel kien hemm inċidenti bejn il-partitarji. F’ħin minnhom ċeda ħajt b’ammont ta’ partitarji li kienu qegħdin jistrieħu miegħu. Apparti 39 persuna li tilfu ħajjithom aktar minn 600 persuna kienu spiċċaw feruti.
Minħabba din it-traġedja, it-timijiet Ingliżi twaqqfu milli jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet Ewropej għal ħames snin. Liverpool ingħataw sospensjoni ta’ 7 snin.