Tuesday, December 24, 2024

40 xahar ħabs wara li seraq minn erba’ dgħajjes f’Bormla

Aqra wkoll

Libjan ta’ 30 sena, li għandu problema tad-droga, intbagħat 40 xahar ħabs wara li nstab ħati li seraq minn erba’ dgħajjes f’Bormla. Dawn il-każi seħħew bejn Diċembru 2019 u Jannar 2020.

Mohamed Rajab Ali Alsagheer ta’ 30 sena mil-Libja wieġeb ħati li seraq b’aktar minn €2,329 minn dawn id-dgħajjes, li wettaq ħsara ta’ natura volontarja fuqhom u li sar reċediv b’diversi sentenzi mogħtija fil-konfront tiegħu mill-Qrati ta’ Malta. 

Dwar il-piena, il-Qorti kkunsidrat in-natura tar-reati li tagħhom qed jinstab ħati l-imputat, il-fedina penali tiegħu u l-ammissjoni tiegħu għalkemm mhux fi stadju bikri tal-proċeduri. 

Kien għalhekk li kkundanatu 40 xahar ħabs u kien ordnat iħallas €1,058 fi spejjeż tal-Qorti. Saret ukoll rakkomandazzjoni lid-Diretur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li Alsagheer jingħata kull għajnuna kontra l-vizzju tad-droga.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras u Oriana Spiteri.

Ekonomija

Sport