Saturday, November 22, 2025

41 persuna jmutu kaġun ta’ xita bla waqfien fil-Vjetnam

Aqra wkoll

Xita bla waqfien u għargħar qawwi wasslu għall-mewt ta’ mill-inqas 41 persuna fiċ-ċentru tal-Vjetnam minn tmiem il-ġimgħa ’l hawn. Id-dulluvju għarraq aktar minn 52,000 dar u ħalla nofs miljun familji u negozji mingħajr elettriku għal ħin twil.

Skont rapporti tal-midja tal-istat persuni tas-salvataġġ għadhom għaddejjin bi tfittxija għal disgħa persuni li għadhom nieqsa. 

Ix-xita li niżlet qabżet ħames piedi f’diversi żoni matul l-aħħar tlett ijiem, u saħansitra żdiedet lil hinn mill-ogħla għargħar tal-1993 f’xi partijiet.

Skont l-istimi tal-gvern, id-diżastri naturali fil-Vjetnam ikkawżaw ħsara li tammonta għal 2 biljun dollari bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena.

L-aktar żoni milquta mill-aħħar xita jinkludu l-bliet kostali ta’ Hoi An u Nha Trang, kif ukoll ċentru ewlieni tal-produzzjoni tal-kafè fl-għoljiet ċentrali fejn il-bdiewa kienu diġà qed ibatu min-nuqqas ta’ ħsad minħabba l-maltempati ta’ qabel.

Ritratti ppubblikati mill-midja lokali juru nies fuq il-bjut biex jiskansaw l-ilmijiet tal-għargħar li għarrqu d-djar tagħhom, filwaqt li vidjow li qed jiċċirkola online juri pont fil-provinċja ta’ Lam Dong jinqala’ mill-ankri tiegħu.

Il-provinċja ddikjarat stat ta’ emerġenza wara li valangi ta tajn ikkawżaw ħsara lil toroq u awtostradi ewlenin.

It-traffiku twaqqaf kompletament wara li parti minn rotta ewlenija tad-dħul fil-belt turistika popolari ta’ Da Lat, iġġarfet f’wied, filwaqt li xarabank skansat bi żbrixx li taqa’ għal isfel.

Minħabba biża ta’ aktar imwiet, għexieren ta’ eluf ta’ residenti ġew evakwati fir-reġjuni milquta mill-għargħar. Uffiċjali militari u pulizija qed iwaqqfu xelters u kampijiet ta’ emerġenza biex in-nies jiġu rilokati f’postijiet siguri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport