Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,957 swabs u minnhom irriżulta li kien hemm 42 każ ġdid. Kien hemm 43 persuna li ġew ikkonfermati li fiequ mill-virus.
Skont l-informazzjoni li ngħatat b’rabta ma’ dawn il-każi ġodda ntqal li kien hemm 18-il każ relatati ma’ cluster f’sit tal-kostruzzjoni, ħamsa kienu membri tal-familja ta’ każi konfermati qabel, tlieta kienu kollegi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi, każ ta’ persuna li kellha kuntatt dirett ma’ pazjent, żewġ każi impurtati u 10 każi minn residenzi tal-anzjani.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/201425188242699