Sunday, December 22, 2024

428 persuna li qed jiskontaw sentenza f’pajjiżna

Aqra wkoll

Sal-1 ta’ Novembru li għadda, fiċ-ċentri ta’ korrezzjoni kien hemm total ta’ 428 persuna li qed jiskontaw sentenza.

Kien il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri li fil-Parlament żvela din il-figura waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Il-Ministru Camilleri qal ukoll li minn dawn 394 huma rġiel u 34 huma nisa. Minn dawn, il-persuni ta’ taħt-il 35 sena jammontaw għal total ta’ 163.

Ekonomija

Sport