Bħalissa f’Malta u Għawdex hemm 437 tifel u tifla li mhux qegħdin jgħixu mal-ġenituri tagħhom u dan minħabba raġunijiet varji.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
Il-Ministru Falzon qal li bħalissa hawn 238 tifel u tifla li jinsabu f’Foster Care, 62 jinsabu fi djar residenzjali tal-Fondazzjoni, 116 jinsabu fi djar ta’ għaqdiet mhux governativi (NGOs), persuna waħda tinsab fil-Faċilità tal-COORS, 18 jinsabu fi djar mmexxija mis-settur privat u żewġt itfal li jinsabu għall-kura f’faċilità medika tal-Istat.