L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 44 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kie hemm 99 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk, il-każi attivi naqsu għal 570.
It-total ta’ mwiet baqgħu 797 wara li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa ma kienet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-pandemija.