Matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 46 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Dan jirriżutla minn 2,185 swab test. Fl-istess waqt kien hemm 48 persuna li kienu rapportati bħala li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa jammonta għal 664.
Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mit-38 każ ġdid li tħabbru lbieraħ kien hemm sitt każi ta’ qraba ta’ persuni li diġà kienu rriżultaw pożittivi, żewġ każi li kienu ġew f;kuntatt dirett ma’ każi magħrufin, u ħames każi ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol. Kien hemm ukoll erba’ każi importati u żewġ każi li rriżultaw minn laqgħat soċjali.
Sa mill-bidu tal-pandemija rriżultaw 1,751 każ pożittiv għall-Covid-19. Minn dawn irkupraw 1,077 persuna, filwaqt li kien hemm għaxar fatalitajiet.