In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa reġgħu raw żieda għal darb’oħra, b’47 każ ġdid minn 1,961 swab tests. FL-istess waqt kien hemm 42 persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru ta’ każi attivi telgħu għal 522 każ.
Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 28 każ ta’ qraba li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, każ ta’ persuna li ġiet f’kuntatt dirett ma’ każ pożittiv għall-Covid-19, tliet każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi minn cluster f’Paceville u każ relatat ma’ tlaqqigħ soċjali ma’ każi oħrajn pożittivi.