Saturday, November 23, 2024

47 weħlu l-ħabs talli ma ħallsux il-manteniment

Aqra wkoll

Mill-2017 ‘il hawn kien hawn 47 persuna li weħlu piena ta’ ħabs wara li naqsu li jħallsu l-manteniment dovut minnhom.

Kien il-Ministru għall-Intern, Sigurta Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri li żvela dan fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Camilleri spjega li fl-2017 weħlu l-ħabs 20 persuna, fl-2018 kien hemm 18-il persuna, fl-2019 niżlu għal tmienja u din is-sena kien hemm persuna waħda.

Sport