B’kollox bejn l-2020 u s-sena li għaddiet saru 484 serqa f’Għawdex.
Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari li l-Onor. Chris Said għamel lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri.
Jirriżulta li fl-2020 il-Pulizija ġew infurmati b’169 serqa filwaqt li fl-2021 investigaw 142 serqa oħra. Fl-2022 imbagħad saru rapporti u investigazzjonijiet fuq 173 każ ta’ serqa.