Il-Pulizija għandha fil-kustodja tagħha 486 vettura li ġew konfiskati mill-2017 ‘il hawn.
Kien il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri li ta din iċ-ċifra għal domanda tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Camilleri spjega kif bejn Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Ottubru li għadda kienu 767 il-vetturi li ġew konfiskati.
Waqt li irrefera għal dawk li għadhom fil-kustodja tal-Pulizija huwa semma li hemm diversi skopijiet għala għadhom fil-pussess tal-Korp.