Sunday, December 22, 2024

49 fil-mija tal-Maltin ‘xettiċi’ dwar il-miri għat-tnaqqis tal-karbonju sas-sena 2050

Aqra wkoll

Stħarriġ mill-Bank ta’ Investiment  Ewropew wera kif 49 fil-mija tal-Maltin huma xettiċi dwar kemm se jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-karbonju għas-sena 2050. Irid jingħad li x-xettiċiżmu hu l-inqas wieħed fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fejn huma biss il-Portugal u d-Danimarka li għandhom persentaġġ inqas.

Filfatt fil-Portugal 45 fil-mija qalu li huma xettiċi li pajjiżhom jilħaq il-miri ta’ tnaqqis tal-karbonju sas-sena, waqt li fid-Danimarka hemm 47 fill-mija. Fi Spanja 58 fil-mija huma xettiċi li pajjiżhom jiħaq il-miri għas-sena 2050, fi Franza 60 fil-mija, fl-Italja 55 fil-mija, fil-Grecja 62 fil-mija, fir-Rumanija 64 fil-mija, il-Bulgarija 49 fil-mija, l-Awstrija 67 fil-mija, il-Ġermanja 63 fil-mija, fil-Belġju 64 fil-mija u l-Olanda 62 fil-mija.  Jekk nieħdu l-Iżvezja naraw li hemm 51 fil-mija li jemmnu li mhux se jintlħaqu l-miri għas-sena 2050 u 49 fil-mija fil-Finlandja fost oħrajn.

Ekonomija

Sport