Għall-ħabta tal-4.15am, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm argument fi Triq Santa Rita, San Ġiljan.
Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabu tlett irġiel mir-Renju Unit li għandhom 31, 36 u 55 sena, rispettivament, b’xi ġrieħi allegatament ikkawżati b’arma li taqta’ u bil-ponta. Tim mediku issejjaħ fuq il-post u dawn ittieħdu l-Isptar Mater Dei.
Fl-istess waqt il-pulizija ġew infurmati li hemm argument ieħor fi Triq Santu Wistin u sabu tliet żgħażagħ jargumentaw bejniethom.
Il-Pulizija intervjeniet u arrestat żewġ żgħażagħ Maltin ta’ 17-il sena u 18-il sena, fejn fil-pussess taż-żagħżugħ ta’ 17-il sena instab li kellu sikkina. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li huma kienu qegħdin jargumentaw ma’ żagħżugħ ieħor ta’ 18-il sena li kellu xi ġrieħi allegatament ikkawżati minn sikkina.
Minn aktar investigazzjonijiet irriżulta li ż-żewġ persuni arrestati kienu involuti wkoll fl-argument li seħħ ftit aktar qabel.
Tim mediku reġa’ issejjaħ fuq il-post u ambulanzi ħadu l-vittma ta’ 18-il sena, kif ukoll l-allegat aggressuri l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, tnejn mill-irġiel barranin ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi, l-ieħor ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief, filwaqt li l-kundizzjoni tal-oħrajn għadha pendenti.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni: 5 persuni l-Isptar wara argument f’Paceville
Kien għall-ħabta tal-4.15am meta f’Paceville kellhom jissejħu l-Pulizija u anke timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei wara li seħħ argument bejn grupp ta’ persuni.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li l-isptar iddaħlu 5 persuni.
Aktar dettalji dalwaqt…