Friday, February 20, 2026

5 snin u 8 xhur ħabs talli aggredixxa ieħor fil-Qawra wara li ħeġġitu s-sieħba

Aqra wkoll

Preslav Dimitrov, Bulgaru kien ikkundannat 5 snin u 8 xhur ħabs wara li ammetta li ħebb għal raġel wara li kien imħeġġeġ jagħmel dan mis-sieħba.

L-imputat ammetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li fit-13 ta’ Lulju 2025, fil-Qawra, ħebb għal raġel u kkaġunalu ġrieħi gravi.

Il-Qorti qieset li hu wettaq dan ir-reat hekk kif kien imħeġġeġ mit-tfajla li riedet tpattiha lill-vittma għal xi ħaġa li mingħalih għamlilha imma li ma kienx minnu.

Qieset ukoll li mir-rapport probation officer, l-imputat għandu tendenzi vjolenti.

Il-Qorti għalhekk ikkundannatu 5 snin u 8 xhur ħabs kif ukoll ħarġet ordni ta’ 3 snin biex jingħata għajnuna psikoloġika biex jindirizza l-aġir vjolenti tiegħu kif ukoll ordni ta’ trażżin għall-istess perjodu biex tipproteġi lill-vittma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport