Saturday, May 4, 2024

52 fil-mija jridu jsiefru dan is-sajf

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-istħarriġ li sar mill-Uffiċċju ta’ Dr Joseph Muscat u Sagalytics jirriżulta li 52 fil-mija ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ esprimew ix-xewqa li dan is-sajf imorru għal vaganza. Kienu 33 fil-mija li qalu li mhux qed jippjanaw li jsiefru f’pajjiż barrani. Dak li rriżulta minn dan l-istħarriġ jikkuntrasta ma’ dak li kien ħareġ fl-aħħar stħarriġ, fejn dakinhar kien hemm 21  fil-mija li wieġbu li kienu lesti jippjanaw vaganza. 

Dan juri li minkejja inċertezza fost sezzjoni tal-poplu dwar ir-ritorn għan-normalità flimkien ma’ insigurtà fuq is-sitwazzjoni ekonomika, il-popolazzjoni Maltija jidher li qed tikkunsidra li tmur għal vaganza barra l-pajjiż.

Interessanti hu l-fatt li għal dawk li għandhom bejn 16 u 35, dawk li qed jippjanaw li jmorru għal vaganza barra l-pajjiż jlaħħqu għal 80 fil-mija. Dan l-ammont imbagħad jonqos għal dawk bejn 36 u 45 u jkompli jonqos għal dawk akbar fl-età. Dawn li għandhom aktar minn 65 sena, għandhom maġġoranza fejn huma kontra li jmorru vaganza barra l-pajjiż.

Sport