Saturday, December 21, 2024

52 persuna jmutu f’inċident tat-traffiku fil-Kenja

Aqra wkoll

Wieħed mill-agħar inċidenti tat-traffiku li seħħew fil-Kenja fl-aħħar snin ħalla 52 persuna mejtin. Dan kien ikkonfermaw mill-awtoritajiet li qegħdin jinvestigaw kif trakk baqa’ dieħel fuq diversi vetturi u anke saq fuq bankina.

Il-membri tas-salvataġġ għadhom qegħdin ineħħu t-tifrik li ħalla warajh it-trakk li kien qed iġorr kontejner.

S’issa ġew ikkonfermati 52 persuna mejtin. Kien hemm xi persuni li ttieħdu l-isptar minħabba ġrieħi li sofrew, iżda minn dawn hemm uħud li mietu wkoll,” qal il-Kmandant tal-Pulizija Geoffrey Mayek waqt li kien qed jitkellem mal-midja internazzjonali.

Dan l-inċident li qed jisejjaħ bħala “diżastru” seħħ fi triq li tinsab bejn il-villaġġi ta’ Nakuru u Kericho. Il-Ministru tat-Transport Kipchumba Murkomen qal lill-midja li hekk kif titlesta l-investigazzjoni se jkunu qegħdin jiddaħħlu miżuri ġodda ta’ sigurtà hekk kif iddeskriva dan l-inċident bħala “terribbli” u “traġedja kbira għal pajjiż kollu”.

Mijiet kbar ta’ Kenjani marru fuq il-post minħabba biża’ li kien hemm qraba tagħhom involuti f’dan l-inċident. Il-pulizija kellhom biċċa xogħol iebsa biex jikkontrollaw in-nies ħafna minnhom familjari li marru fuq il-post.

Ekonomija

Sport