Sunday, November 24, 2024

530 każ ġdid… imutu tliet persuni oħra

Aqra wkoll

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 530 każi ġodda tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 249 persuna oħra.

Dan ifisser li t-total tal-każi attivi f’pajjiżna issa huwa ta’ 7,188.

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija issa huma 644 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu tliet persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Ftit tal-jiem ilu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li għalkemm l-informazzjoni dwar il-COVID-19 bħalissa mhix qed tinħareġ bħas-soltu fuq il-midja soċjali, id-Dipartiment tas-Saħħa għadu qed jippubblika din l-informazzjoni fuq l-internet. Wieħed jista’ jara dan billi jagħfas hawnhekk.

Sport