Monday, March 17, 2025

54 fil-mija tal-poplu fl-Istati Uniti jemmen li Trump sejjer fid-direzzjoni l-ħażina

Aqra wkoll

L-istħarriġ riċenti jindika li l-appoġġ għal President Donald Trump laħaq l-ogħla livell għalkemm maġġoranza jemmnu li sejjer fid-direzzjoni l-ħażina. Filfatt il-proporzjon tal-poplu Amerikan li huwa sodisfatt bid-direzzjoni tal-pajjiż huwa ogħla milli kien għal 20 sena.

Ftit ġimgħat wara t-tieni mandat tiegħu, il-President Trump laħaq l-ogħla appoġġ bl-ammont ta’ persuni fl-Istati Uniti li jgħidu li l-pajjiż jinsab fit-triq it-tajba jilħaq l-ogħa livell sa mis-sena 2004.  Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-aġenzija tal-aħbarijiet tal-NBC. 

Minkejja din iż-żieda fl-appopp, Donald Trump għad m’għandux il-maġġoranza tal-persuni fl-Istati Uniti warajh u dan hekk kif 54 fil-mija  qalu li ma japprovawx il-mod kif qed jitratta l-ekonomija. Din hi l-ewwel darba li tilef maġġoranza fuq dik il-kwistjoni fl-istħarriġ tal-NBC.

L-istħarriġ ta’ NBC News wera li 44 fil-mija tal-votanti reġistrati jemmnu li l-pajjiż jinsab fit-triq it-tajba, filwaqt li 54 fil-mija jemmnu li sejjer fid-direzzjoni ħażina.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport