Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 543 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 179 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 4,081.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 738 wara li fil-lejl ta’ bejn L-Erbgħa u l-Ħamis kien irrappurtat li mietu żewġ persuni waqt li kienu pożittiva għall-virus.