Skont l-aħħar aġġornament relatat mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 55 każ ġdid minn fost 2,485 swab tests li saru.
Fuq nota pożittiva kien hemm 13-il persuna li ġew konfermati li fiequ mill-virus.
Fost dawn il-każi l-ġodda hemm ħames membri tal-familja ta’ każi li konna nafu bihom qabel, erbgħa li kellhom kuntatt ma’ każi rrapurtati qabel, tnejn mill-cluster ta’ Paceville u każ ieħor mill-iskejjel tal-lingwa.
L-awtoritajiet ikkonfermaw li l-contact tracing għadhom għaddejjin.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/192459652472586