Sunday, November 24, 2024

550 mara jiftħu kawża kontra Uber wara allegat imġiba sesswali ħażina mis-sewwieqa

Aqra wkoll

Ġewwa l-Istati Uniti l-kumpanija Uber qiegħda tiġi mfittxija bil-qor­ti minn 550 mara li allegatament ġew aggrediti sesswalment minn xufiera li jaħdmu ma’ din il-kumpanija.

Fil-kawżi li feħtu, il-vittmi qed jallegaw ħtif, aggressjoni sesswali, stupru u anke fastidju minn xufiera ta’ Uber hekk kif dawn kienu qegħdin jużaw is-servizz. Kelliemi għal Uber li tkellem ma’ BBC qal li aggressjoni sesswali hija delitt orribbli u wiegħed li kull rapport se jkun qiegħed jittieħed b’serjetà kbira. L-istess kelliemi temm jgħid li għal Uber ma hemm xejn iktar importanti mis-sigurtà tal-klijenti.

Il-każijiet imressqa jid­her li jmorru lura għall-2014, u dawn allegatament seħ­ħew f’numru ta’ stati differenti. 

Sport